L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

5. Il-Providenza Divina

1. Alla, il-Hallieq tajjeb tal-hwejjeg kollha, fis-setgha infinita u l-gherf tieghu, izomm, jidderiegi, jiddisponi u jiggverna l-hlejjaq u l-hwejjeg kollha,1 mill-ikbar sa l-izghar,2 bil-providenza qaddisa u l-izjed gharfa tieghu, ghat-tmiem li ghalih kienu mahluqa. Alla jiggverna skond it-taghrif minn qabel u infallibbli tieghu u l-pjan hieles u immutabbli tar-rieda tieghu stess; ghat-tifhir tal-glorja ta' l-gherf, is-setgha, il-gustizzja, it-tjieba bla tarf u l-hniena tieghu.3

1 Eb.1:3; Gob 38:11; Isa.46:10-11; Salm 135:6. 2 Mt.10:29-31. 3 Ef.1:11.

2. Ghalkemm fir-relazzjoni mat-taghrif minn qabel u d-digriet t'Alla, li hu l-Ewwel Kawza, il-hwejjeg kollha jigru immutabbilment u infallibbilment,4 hekk li xejn ma jsehh lil xi hadd bix-xorti, jew barra l-providenza tieghu,5 madankollu bil-providenza tieghu jordna l-avvenimenti biex isehhu skond in-natura ta' kawzi sekondarji, sew necessarjament, liberament jew kontingentament.6

4 Atti 2:23. 5 Prov.16:33. 6 Gen.8:22.

3. Alla, fil-providenza ordinarja tieghu, jaghmel uzu mill-mezzi,7 madankollu hu liberu li jahdem barra minnhom,8 fuqhom9 u kontrihom10 skond kif joghgbu.

7 Atti 27:31,44; Isa.55:10-11. 8 Hos.1:7. 9 Rum.4:19-21. 10 Dan.3:27.

4. Il-qawwa omnipotenti, l-gherf inezawribbli u t-tjieba infinita t'Alla tant jimmanifestaw lilhom infushom fil-providenza tieghu li l-pjan determinat tieghu jestendi mqar ghall-ewwel waqa' u l-azzjonijiet midinba l-ohra kollha, kemm ta' l-angli kif ukoll tal-bnedmin.11 Dan mhux b'semplici permess, imma b'forma ta' permess li fih inkluda l-limitazzjonijiet l-izjed gharfa u qawwija, u mezzi ohra biex jirrestringi u jikkontrolla d-dnub.12 Dawn il-limitazzjonijiet diversi huma ddisinnjati minn Alla biex iwettaq l-ghanijiet l-izjed qaddisa tieghu.13 Madankollu, f'dawn il-hwejjeg kollha, l-agir midneb ta' l-angli u l-bnedmin jigi biss minnhom u mhux minn Alla, li hu ghalkollox qaddis u gust, u qatt ma jista' jkun l-awtur tad-dnub jew japprovah.14

11 Rum.11:32-34; 2 Sam.24:1; 1 Kron.21:1. 12 2 Slaten 19:28; Salm 76:10. 13 Gen.50:20; Isa.10:6,7,12. 14 Salm 50:21; 1 Gw.2:16.

5. Alla l-aktar gharef, gust u mimli grazzja sikwit ihalli, ghal xi zmien, lill-istess uliedu biex jghaddu minn tigrib divers, u jhallihom ukoll ghall-korruzzjonijiet ta' qlubhom, sabiex jiddixxiplinahom ghad-dnubiet li jkunu kkommettew, jew biex jurihom is-setgha mistura tat-tahsir u l-qerq li ghadhom fi qlubhom, halli hekk ikunu umiljati u mqanqla ghal dipendenza eqreb u izjed kostanti fuqu ghat-twezin taghhom, u halli jkunu maghmula izjed vigilanti kontra okkazzjonijiet gejjiena tad-dnub. Oggettivi gusti u qaddisa ohra huma wkoll milhuqa bit-tali azzjoni minn Alla.15 Ghalhekk kulma jigri lil kwalunkwe wiehed mill-maghzulin tieghu huwa bil-hatra tieghu, ghas-sebh tieghu, u ghall-gid taghhom.16

15 2 Kron.32:25-31; 2 Kor.12:7-9. 16 Rum.8:28.

6. Inkwantu dawk in-nies hziena u irreverenti li Alla bhala mhallef gust, jaghmi u jwebbes17 ghad-dnub passat, minnhom mhux biss izomm lura l-grazzja tieghu, li biha setghu jkunu mdawwla fil-fehma taghhom u affettwati fi qlubhom,18 imma kultant ukoll jirtiralhom l-ghotjiet li kellhom19 u jesponihom ghal certi sitwazzjonijiet li l-istat korrott taghhom jaqlibhom f'okkazzjoni ta' dnub.20 Alla jitlaqhom ghal-leblibiet taghhom stess, ghat-tentazzjonijiet tad-dinja u l-qawwa ta' Satana,21 hekk li eventwalment iwebbsu lilhom infushom taht l-istess influwenzi li Alla juza biex irattab lill-ohrajn.22

17 Rum.1:24-28; 11:7-8. 18 Dewt.29:4. 19 Mt.13:12. 20 Dewt.2:30; 2 Slaten 8:12-13. 21 Salm 81:11-12; 2 Tess.2:10-12. 22 Ez.8:15,32; Isa.6:9-10; 1 Pt.2:7-8.

7. Bhalma l-providenza t'Alla eneralment tilhaq lill-hlejjaq kollha, hekk, b'manjiera izjed specjali, tiehu hsieb il-knisja tieghu u tiggverna l-hwejjeg kollha ghall-gid tal-knisja.23

23 1 Tim.4:10; Gham.9:8-9; Isa.43:3-5.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved