L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

15. L-Indiema ghall-Hajja u s-Salvazzjoni

1. Dawk fost il-maghzulin li huma konvertiti fil-hajja adulta taghhom, wara li jkunu ghexu xi zmien fl-istat tan-natura, u f'dan l-istat ikunu qdew diversi xehwiet u pjaciri, Alla jaghtihom l-indiema li twassal ghall-hajja, permezz ta' sejha effikaci.1

1 Tit.3:2-5.

2. Billi m'hemm ebda persuna li taghmel it-tajjeb u ma tikkommettix dnub,2 u billi l-ahjar fost il-bnedmin jistghu jaqghu fi dnubiet kbar u provokazzjonijiet bil-qawwa u l-ingann tal-korruzzjoni li tghammar fihom u l-prevalenza tat-tigrib, Alla fi hnientu provda fil-patt tal-grazzja li meta l-fidili jidinbu u jaqghu jkunu mgedda bl-indiema ghas-salvazzjoni.3

2 Ekk.7:20. 3 Lq.22:31-32.

3. L-indiema li ssalva hija grazzja evangelika4 li biha wiehed li jkun maghmul ihoss, bl-Ispirtu s-Santu, il-hazen divers ta' dnubu, u billi jkun moghti l-fidi fi Kristu, jumilja lilu nnifsu minhabba dnubu b'ghali reverenti, jidditesta dnubu u jistmell lilu nnifsu.5 Fit-tali ndiema il-persuna wkoll titlob ghall-mahfra u l-qawwa tal-grazzja, u jkollha ghan u thabrik, bil-provvisti tal-qawwa ta' l-Ispirtu, halli timxi quddiem Alla u toghgbu totalment f'kull haga.6

4 Zakk.12:10; Atti 11:18. 5 Ezek.36:31; 2 Kor.7:11. 6 Salm 119:6,128.

4. Billi l-indiema ghandha tissokta matul il-korsa kollha ta' hajjitna, minhabba l-gisem tal-mewt, u l-mozzjonijiet tieghu, huwa ghalhekk id-dover ta' kull bniedem li jindem mid-dnubiet partikolari tieghu partikolarment.7

7 Lq.19:8; 1 Tim.1:13-15.

5. Il-provvediment li Alla ghamel permezz ta' Kristu fil-patt tal-grazzja ghall-prizervazzjoni tal-fidili fit-triq tas-salvazzjoni hu b'tali mod li, ghalkemm imqar l-icken dnub jisthoqqlu l-kundanna,8 madankollu m'hemm ebda dnub kbir bizzejjed biex igib il-kundanna fuq dawk li jindmu.9 Dan jaghmel l-ippriedkar kontinwu ta' l-indiema essenzjali.

8 Rum.6:23. 9 Isa.1:16-18; 55:7.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved