L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

17. Il-Perseveranza tal-Qaddisin

1. Dawk li Alla accetta fil-Mahbub, u effettivament sejjah u qaddes bl-Ispirtu tieghu, u tahom il-fidi prezzjuza tal-maghzulin tieghu, ma jistghux jaqghu mill-istat tal-grazzja, la totalment u lanqas finalment, imma certament jipperseveraw f'dak l-istat sat-tmiem u jkunu salvati eternament. Dan ghaliex l-ghotjiet u s-sejha t'Alla huma minghajr indiema, u ghalhekk jissokta jnissel u jsostnihom fil-fidi, l-indiema, l-imhabba, il-ferh, it-tama, u l-grazzji l-ohra kollha ta' l-Ispirtu li jwasslu ghall-immortalita’.1 U ghalkemm hafna tempesti u gharghar jitqanqlu u jahbtu kontra l-qaddisin, madankollu dawn il-hwejjeg qatt ma jkunu kapaci jkaxkruhom minn fuq il-pedament u blata li fuqha huma mwahhla bil-fidi. Avolja, minhabba n-nuqqas ta' fidi u t-tentazzjonijiet ta' Satana, id-dehra u s-sentiment tad-dawl u l-imhabba t'Alla jistghu ghal xi zmien ikunu msahhba u oskurati minnhom,2 madankollu Alla jibqa' l-istess, u huma certament jinzammu bis-setgha tieghu sakemm is-salvazzjoni taghhom tkun shiha, meta mbaghad igawdu l-possediment mixtri li hu taghhom, ghaliex huma mnaqqxa fuq il-pala t'idejh, u ismijiethom inkitbu fil-Ktieb tieghu tal-Hajja mill-eternita’ kollha.3

1 Gw.10:28-29; Fil.1:6; 2 Tim.2:19; 1 Gw.2:19. 2 Salm 89:31-32; 1 Kor.11:32. 3 Mal.3:6.

2. Din il-perseveranza tal-qaddisin ma tiddependix fuqhom - jigifieri, fuq ir-rieda hielsa taghhom. Tistrieh fuq l-immutabbilita’ tad-digriet ta' l-ghazla,4 li jnixxi mill-imhabba hielsa u ma tinbidilx t'Alla l-Missier. Tistrieh ukoll fuq l-effikacja tal-mertu u l-intercessjoni ta' Gesu’ Kristu, u fuq l-unjoni li l-qaddisin veri jgawdu mieghu.5 Tistrieh fuq il-halfa t'Alla,6 u fuq l-Ispirtu li jghammar fihom. Tiddependi fuq iz-zerriegha t'Alla li qieghda fihom7 u fuq l-istess natura tal-patt tal-grazzja.8 Dawn il-fatturi kollha jnisslu c-certezza u l-infallibbilta’ tas-sigurta’ u l-perseveranza tal-qaddisin.

4 Rum.8:30; 9:11-16. 5 Rum.5:9-10; Gw.14:19. 6 Eb.6:17-18. 7 1 Gw.3:9. 8 Ger.32:40.

3. Il-qaddisin jistghu, bit-tigrib ta' Satana u d-dinja, u minhabba li t-tendenzi midinba li fadal fihom jeghlbuhom, u minhabba li jittraskuraw il-mezzi li Alla provdielhom biex izommhom, jaqghu fi dnubiet gravi. Jistghu jkompli f'dan l-istat ghal xi zmien,9 hekk li jqanqlu d-dispjacir t'Alla, inikktu l-Ispirtu s-Santu tieghu,10 isofru l-hsara tal-grazzji u l-konsolazzjonijiet taghhom,11 jisfaw b'qalbhom imwebbsa u l-kuxjenza feruta,12 u jweggghu u jiskandalizzaw lill-ohrajn. B'dan igibu fuqhom infushom gudizzji temporali.13 Minkejja dan, huma jgeddu l-indiema taghhom u jkunu prizervati, permezz tal-fidi fi Kristu Gesu’, sa l-ahhar.14

9 Mt.26:70-74. 10 Isa.64:5-9; Ef.4:30. 11 Salm 51:10-12. 12 Salm 32:3-4. 13 2 Sam.12:14. 14 Lq.22:32,61-62.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved