L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

20. L-Evangelju u l-Influwenza Tieghu

1. Billi l-patt ta' l-opri kien miksur bid-dnub, u sar bla siwi ghall-hajja, Alla ghogbu jwieghed lil Kristu, nisel il-mara, bhala l-mezz biex isejjah lill-maghzulin u jqajjem ghall-hajja fihom il-fidi u l-indiema. F'din il-weghda s-sustanza ta' l-Evangelju kienet irrivelata u murija bhala l-mod effettiv ghall-konverzjoni u s-salvazzjoni tal-midinbin.

1 Gen.3:15 ma' Ef.2:12; Gal.4:4; Eb.11:13; Lq.2:25,38; 23:51; Rum.4:13-16; Gal.3:15-22.

2. Din il-weghda ta' Kristu u s-salvazzjoni li taslilna bih hija rivelata biss bil-Kelma t'Alla.3 L-ghemejjel tal-holqien u l-providenza, flimkien mad-dawl tan-natura, ma jirrivelawx lil Kristu jew il-grazzja tieghu mqar b'mod generali jew oskur.4 Kemm inqas, mela, jistghu dawk li huma nieqsa mir-rivelazzjoni ta' Kristu bil-weghda (jew l-Evangelju) jkunu kapaci jaslu bid-dawl tan-natura ghall-fidi li ssalva jew l-indiema.5

3 Rum.1:17. 4 Rum.10:14-17. 5 Prov.29:18; Isa.25:7; 60:2-3.

3. Ir-rivelazzjoni ta' l-Evangelju lill-midinbin, maghmula f'epoki diversi u b'partijiet differenti, biz-zidiet ta' weghdi u precetti ghall-ubbidjenza rikjesta fiha, inkwantu l-gnus u persuni li ghalihom hi moghtija, hi semplicament mir-rieda sovrana u l-ghogba tajba t'Alla.6 Il-weghda li l-evangelju jkun mgharraf ma kinitx maghmula kontingenti fuq kwalunkwe uzu tajjeb maghmul mill-bnedmin ta' l-abbiltajiet nattivi zviluppati permezz ta' dawl komuni ghal kulhadd, ghax it-tali zvilupp qatt ma sehh u lanqas jista' jsehh. Ghalhekk f'kull zmien, ix-xandir ta' l-Evangelju nghata lill-individwi u nazzjonijiet, sew jekk bil-kotra jew b'mizura limitata, b'varjazzjoni konsiderevoli, skond il-fehma tar-rieda t'Alla.7

6 Salm 147:20; Atti 16:7. 7 Rum.1:18-32.

4. Ghalkemm l-Evangelju hu l-uniku mezz estern biex jirrevela lil Kristu u l-grazzja salvivika, u ghal dan il-ghan hu totalment adekwat. Madankollu izjed minn hekk hu mehtieg biex il-bnedmin mejtin fit-trasgressjonijiet ikunu mwielda mill-gdid, migjuba ghall-hajja jew rigenerati. Huwa necessarju li jkun hemm hidma effikaci u insuperabbli ta' l-Ispirtu s-Santu fuq ir-ruh shiha biex jipproduci fihom hajja spiritwali gdida.8 Minghajr dan ebda mezz iehor ma jwassal ghall-konverzjoni taghhom lejn Alla.9

8 Salm 110:3; 1 Kor.2:14; Ef.1:19-20. 9 Gw.6:44; 2 Kor.4:4-6.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved