L-ISTQARRIJA TA' FIDI BATTISTA 1689

Tnejn u Tletin Artiklu ta' Fidi u Prattika Kristjana

 

24. L-Awtorita’ Civili

1. Alla, is-Sid suprem u Sultan tad-dinja kollha, hatar l-awtoritajiet civili biex ikunu tahtu, u fuq in-nies, ghall-glorja tieghu stess u l-gid pubbliku. Ghal dan il-ghan armahom bis-setgha tas-sejf, ghad-difiza u l-enkoraggiment ta' dawk li jaghmlu s-sewwa, u ghall-kastig tal-malefatturi.1

1 Rum.13:1-4.

2. Huwa legittmu ghall-Insara li jaccettaw u jwettqu d-dmirijiet ta' kariga pubblika meta jissejhu ghal dan. Fil-qadi tat-tali vokazzjoni huma partikolarment responsabbli biex imantnu l-haqq u s-sliem2 bl-applikazzjoni ta' ligijiet salutari tan-nazzjon. Biex izommu l-gustizzja u l-paci, jistghu wkoll legittimament (taht it-Testment il-Gdid) jingaggaw fi gwerra jekk tkun gusta u essenzjali.3

2 2 Sam.23:3; Salm 82:3-4. 3 Lq.3:14.

3. Peress li l-gvernijiet huma stabbiliti minn Alla ghall-ghanijiet diga’ definiti, imissna nkunu sottomessi ghal-legislazzjoni legittma kollha taghhom bhala parti mill-ubbidjenza taghna lejn Alla, mhux biss biex niskansaw il-kastig, izda wkoll minhabba l-kuxjenza.4 Imissna wkoll noffru suppliki u talb ghall-hakkiema u dawk kollha li jinsabu fl-awtorita’ biex tahthom nghixu hajja kwieta u sielma, fit-tjieba u l-onesta’ kollha.5

4 Rum.13:5-7; 1 Pt.2:17. 5 1 Tim.2:1-2.

 
 
The Reformed Reader Home Page 


Copyright 1999, The Reformed Reader, All Rights Reserved